Termini ta' Użu

  • Għall-użu ta' servizzi fuq EuTenders, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kondizzjonijiet Ġenerali tal-Użu. Kwalunkwe eċċezzjoni jew kondizzjonijiet addizzjonali, fir-rigward tal-Kondizzjonijiet Ġenerali tal-Użu, huma validi biss jekk dawn ikunu ġew aċċettati bil-miktub.
  • Ir-relazzjoni kontraenti bejn EuTenders u l-Klijent hija stabbilita fuq il-bażi ta' reġistrazzjoni jew ordni fuq is-sit elettroniku ta' EuTenders.
  • Hawnhekk l-utent jaċċetta li jitratta l-password u l-isem tal-utent assenjati lilu mill-portal EuTenders bħala sigriet kummerċjali u li jiżgura li dawn jintużaw minn persuna awtorizzata. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn użu ħażin (possibbli) għandhom jitħallsu mill-utent tal-portal. Hawnhekk l-utent jaqbel li jaf x'inhuma l-istruzzjonijiet u r-regoli għall-użu ta' EuTenders u li huwa għandu jirrispetta r-regoli u r-regolamenti relatati mal-protezzjoni tad-dritt tal-awtur (copyright) u r-rispett tal-liġi.
  • L-offerta tas-servizzi ta' EuTenders mhix kontraenti. EuTenders jirriżerva d-dritt li jibdel l-offerta anke meta l-Klijent ikun diġà aċċetta l-offerta, jekk dan ikun meħtieġ minħabba restrizzjonijiet tekniċi jew jekk it-tibdil li jsir ikun minuri. Karatteristiċi murija fl-istruzzjonijiet, fuljetti u materjal ieħor mhumhiex kontraenti. L-użu u l-aċċess għal EuTenders huma mogħtija 24 siegħa kuljum matul is-sena kollha, ħlief fil-każijiet li ġejjin.
  • L-informazzjoni li tinsab fil-portal EuTenders hija ta' tagħrif u mhix maħsuba għal attivitajiet uffiċjali jew ta' investiment.
  • Il-portal EuTenders ma jaċċetta ebda responsabbiltà fil-każ li xi tenders pubbliċi ma jaslux, jekk ma jkunux inklużi fid-database tal-portal EuTenders. Il-portal EuTenders mhux responsabbli għal kwalunkwe ħsarat lin-negozju.
  • Huwa ppropjbit li tniżżel, tittraskrivi, terġa' tbiegħ jew tuża l-informazzjoni li tinsab fil-portal EuTenders għal skopijiet kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni.
  • L-abbonament għas-servizz EuTenders isir għal 12-il xahar bil-possibbiltà ta' estensjoni. Il-prodotti ordnati jew il-password ma jistgħux jiġu kkanċellati qabel ma tiskadi l-validità tal-kuntratt.
  • Il-lista tal-prezzijiet fiha l-prezz tal-abbonament, li jiddependi mill-profili ta' tiftix, il-pajjiżi u l-indirizzi tal-email. Sabiex jiġi żgurat użu ta' kwalità tal-portal tal-akkwisti pubbliċi EuTenders, l-utent jaqbel li josserva l-istruzzjonijiet kollha u r-regoli ta' użu oħrajn ippubblikati fuq is-siti elettroniċi meta huwa jaċċedi għas-servizzi ta' EuTenders u meta jagħmel użu minnhom.
  • Id-detentur tal-attività jiggarantixxi tagħmir adattat biss fis-sit elettroniku tiegħu u bl-ebda mod ma huwa responsabbli għal kwalunkwe irregolaritajiet jew illegalitajiet, li jistgħu jirriżultaw minn tagħmir jew azzjonijiet mhux adattati tal-utent.
  • Id-detentur tal-attività jissottoskrivi li jissalvagwardja l-informazzjoni kollha tal-Klijent, li tissejjaħ data personali skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u regolamenti oħrajn relatati mal-protezzjoni tad-data personali, u għandu jeħles minnha b'tali mod u permezz tal-proċeduri ddefiniti fl-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali.
  • Il-Klijent jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob bil-miktub lid-detentur tal-attività biex jużax id-data tal-istess klijent għal kwalunkwe skop ta' informazzjoni u biex iħassar id-data personali tal-klijent mill-ġabra ta' data personali. Permezz ta' dan il-Klijent jagħti l-permess tiegħu lill-portal EuTenders biex jibgħat notifiki u messaġġi ta' pubbliċità eventwali.
  • A single card payment is without recurring.
  • Eutenders jinkludu garanzija ta’ 8 t’ijiem fejn tista’ tieħu flusek lura. Jekk għal xi raġuni ma tkunx sodisfatt bis-servizz ta’ qabel l-account, tkun tista’ tirċievi l-ħlas kollu lura jekk tikkanċella l-kont tiegħek fi żmien 8 t’ijiem t’attivazzjoni. Jekk jogħġbok ibgħat it-talbiet dwar ħlas lil [email protected] jew uża l-formola bis-suġġett: Talba għal Ħlas Lura
EuroTranslate d.o.o.
Kotnikova 5
1000 Ljubljana
EU-Slovenia

Tel:+386.3130.3697
Fax +386.1430.1542

ID: SI19860226

Bank info:
NLB d.d., Linhartova 3, 1000 Ljubljana, EU-Slovenia

SWIFT: LJBASI2X
IBAN: SI56 0201 1026 0528 628

EuTenders